Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-38/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li timponi sanzjoni ta’ revoka bi tnaqqis tal-allowance tal-invalidità ta’ 15 % sal-età tal-irtirar

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.