Language of document :

Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2019 minn Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-166/17, EKETA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-273/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (rappreżentanti: Vasileios Christianos, Dimitrios Karagounis, dikigori)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeajogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 Jannar 2019 fil-Kawża Τ-166/17 1 sa fejn tirrigwarda l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tagħha u l-motivi li jirrelataw magħhom;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ma tikkontestax il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, u l-punti relatati 142-143, 145, 171, 173, 187-189 u 191-193 tas-sentenza appellata wkoll ma humiex ikkontestati.

L-appellanti ssostni li l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u l-punti relatati magħhom għandhom jiġu annullati għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti sentenza skont il-liġi u ma evalwatx il-provi kollha mressqa minn ΕΚΕΤΑ. Il-Qorti Ġenerali żnaturat ukoll il-fatti, hekk kif irriżultaw minn dawn il-provi, wettqet żball ta’ liġi dwar l-allokazzjoni tal-oneru tal-prova u kienet qed tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha (punt 5 et seq. tar-rikors tal-appell).

It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, billi interpretat ħażin il-kwistjoni dwar jekk kienx hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess (punt 78 et seq. tar-rikors tal-appell).

It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, billi interpretat ħażin f'dan il-każ l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (punt 94 et seq. tar-rikors tal-appell).

Ir-raba’ aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li hija kisret (punt 103 et seq. tar-rikors tal-appell).

____________

1 ECLI:EU:T:2019:26.