Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fl-1 ta’ April 2019 – VQ vs Land Hessen

(Kawża C-272/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VQ

Konvenut: Land Hessen

Domandi preliminari

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (iktar ’il quddiem ir-“RĠPD”) 1 , f’dan il-każ l-Artikolu 15 tar-RĠPD, intitolat “Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data”, huwa applikabbli għall-Kummissjoni tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru b’kompetenza li tittratta petizzjonijiet ta’ ċittadini, f’dan il-każ, il-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament tal-Land ta’ Hessen, u tali kummissjoni għandha titqies f’dan ir-rigward bħala li hija awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 4(7) tar-RĠPD?

Il-qorti tar-rinviju hija qorti indipendenti u imparzjali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

____________

1 ĠU 2016, L 119, p. 1.