Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-28 ta’ Marzu 2019 – T-Systems Magyarország Zrt. et vs Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság et

(Kawża C-263/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T-Systems Magyarország Zrt., BKK Budapesti Közlekedési Központ Zrt., Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság

Konvenuti: Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság, BKK Budapesti Közlekedési Központ Zrt., T-Systems Magyarország Zrt.

Intervenjenti: Közbeszerzési Hatóság Elnöke

Domandi preliminari

L-Artikoli 41(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dispożizzjonijiet tal-premessi 10, 29, 107, 109 u 111 u tal-Artikoli 1(2)u 72 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni li, b’kunsiderazzjoni tar-relazzjoni legali kuntrattwali bejn il-partijiet kontraenti, tistabbilixxi li mhux biss l-awtorità kontraenti wettqet ksur permezz ta’ omissjoni illegali ta’ sejħa pubblika għal offerti, bi ksur allegat tal-leġiżlazzjonijiet marbuta mat-tibdil tal-kuntratti, u b’nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tibdil tal-kuntratti, iżda wkoll li dan twettaq mill-offerent rebbieħ li kkonkluda magħha l-kuntratt, abbażi tal-fatt li t-tibdil illegali tal-kuntratti jirrikjedi l-azzjoni konġunta tal-partijiet[?]

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, fid-dawl tad-dispożizzjoni tal-Artikoli 41(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dispożizzjonijiet tal-premessi 10, 29, 107, 109 u 111 u tal-Artikoli 1(2)u 72 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, il-premessi 19, 20 u 21 tad-Direttiva 2007/66/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi 2 u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/665/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi 3 u d-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni 4 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, li tippermetti li tapplika wkoll għall-offerent rebbieħ li jikkonkludi il-kuntratt mal-awtorità kontraenti sanzjoni (multa) ― separata mit-tnaqqis tal-portata temporali tal-kuntratt ― minħabba omissjoni illegali ta’ sejħa pubblika għal offerti u b’inosservanza tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tibdil tal-kuntratti [?]

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel żewġ domandi, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tagħtiha direzzjoni dwar jekk hijiex suffiċjenti, sabiex tiddetermina l-portata tas-sanzjoni (multa), iċ-ċirkustanza li teżisti relazzjoni legali kuntrattwali bejn il-partijiet, mingħajr ma tiġi eżaminata l-azzjoni u l-kontribuzzjoni tal-partijiet li jkunu wasslu għat-tibdil tal-kuntratt.

____________

1 ĠU 2014, L 94, p. 65.

2 ĠU 2007, L 335, p. 31.

3 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246.

4 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315.