Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Jannar 2011 - Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sistema dixxiplinari - Proċedura dixxiplinari - Artikolu 22a u Artikolu 22b tar-Regolamenti tal-Persunal - Imparzjalità - Terminu raġonevoli)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bart Nijs (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. T. Kennedy u J.-M. Stenier, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-kumitat ad hoc tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea tal-15 ta' Jannar 2009 li biha r-rikorent tneħħa mill-kariga li kien jokkupa, mingħajr ma kien hemm tnaqqis fil-pensjoni tiegħu, b'effett mill-1 ta' Frar 2009.
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
B. Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Qorti tal-Awdituri.
____________1 - ĠU C 282, 21.11.2009, p. 65.