Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fil-15 ta’ Jannar 2019 – kunsthaus muerz gmbh vs Zürich-Versicherungs AG

(Kawża C-20/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: kunsthaus muerz gmbh

Konvenuta: Zürich-Versicherungs AG

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2002/83/KE 1 – b’mod partikolari l-Artikoli 35 u 36 tagħha – għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ kanċellament jintemm, indipendentement mill-komunikazzjoni ta’ informazzjoni (eżatta) dwar id-dritt għal kanċellament qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, mal-iskadenza ta’ perijodu ta’ 30 jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, (ukoll) meta d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni ma jkunx konsumatur?

____________

1 Direttiva 2002/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3).