Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2020 – HR vs Finanzamt Wilmersdorf
(Kawża C-108/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Berlin-Brandenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HR
Konvenut: Finanzamt Wilmersdorf
Domanda preliminari
L-Artikoli 167 u 168a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa imħallsa fuq l-input għandu jiġi rrifjutat ukoll fil-każ ta’ frodi fiskali imwettaq fuq dħul mill-bejgħ li fir-rigward tiegħu l-persuna taxxabbli kellha konoxxenza jew kellu jkollha konoxxenza, minkejja li, fir-rigward tat-tranżazzjoni li kienet id-destinatarja tagħha, ma pparteċipatx fil-frodi fiskali jew kienet involuta fih, u la inkoraġġiet u lanqas iffaċilitat l-imsemmi frodi?
____________
1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.