Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2014 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-4/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li jiġi mkeċċi r-rikorrent mat-tmiem tal-perijodu ta’ prova.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Frar 2013 li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu;
tistabilixxi s-somma ta’ EUR 35 000, inklużi l-interessi moratorji, bħala l-ammont li għandu jitħallas lilu mill-Parlament Ewropew f’każ li r-riintegrazzjoni tiegħu tiltaqa’ ma’ ostaklu legali insormontabbli;tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.