Language of document : ECLI:EU:C:2017:357

Kawża C-44/16 P

Dyson Ltd

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell – Direttiva 2010/30/UE – Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott, dwar il-konsum tal-enerġija – Regolament ta’ Delega (UE) Nru 665/2013 – Tikkettjar enerġetiku tal-vacuum cleaners – Effiċjenza enerġetika – Metodu ta’ kejl – Limiti tal-kompetenza ddelegata – Żnaturament tal-provi – Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017

1.        Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Ammissibbiltà

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

2.        Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 117)

3.        Appell – Aggravji – Motivi ta’ sentenza vvizjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi – Ċaħda

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

4.        Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 290 TFUE)

5.        Rikors għal annullament – Stħarriġ tal-legalità – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data ta’ adozzjoni tal-att kontenzjuż

(Artikolu 263 TFUE)

6.        Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati – Obbligu li ma jiġux emendati elementi essenzjali tal-att leġiżlattiv bażiku – Rekwiżit li tiġi pprovduta lill-konsumaturi informazzjoni li tirrifletti l-konsum enerġetiku tal-vacuum cleaners li tikkostitwixxi element essenzjali tad-Direttiva 2010/30 – Ħtieġa li jiġi previst, fl-att iddelegat, metodu ta’ kalkolu li jippermetti li titkejjel il-prestazzjoni enerġetika taħt kundizzjonijiet reali ta’ użu

(Artikolu 290 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 665/2013, Artikolu 5; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/30, premessa 5 u l-Artikoli 5(b), u 10)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 30, 31)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 37, 38)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 51)

4.      Filwaqt li l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom, les autorités de l’Union disposent, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilhom, setgħa diskrezzjonali kbira meta jintalbu, b’mod partikolari, jwettqu riflessjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi, jeħtieġ, qabel kollox, li jiġi ddeterminat jekk dawn l-awtoritajiet jaġixxux effettivament fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilhom u, b’mod iktar partikolari, meta tkun sitwazzjoni ta’ setgħa ddelegata fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE, sabiex jiġi vverifikat jekk l-awtoritajiet tal-Unjoni jmorrux lil hinn mill-mandat li ngħata lilhom mill-att ta’ awtorizzazzjoni, fejn, b’mod partikolari, tali setgħa ddelegata għandha tosserva, fi kwalunkwe ipoteżi, l-elementi essenzjali tal-att ta’ awtorizzazzjoni u għandha tidħol fil-qafas regolatorju hekk kif iddefinit mill-att leġiżlattiv bażiku

(ara l-punt 53)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 57)

6.      Il-possibbiltà li jiġu ddelegati s-setgħat prevista fl-Artikolu 290 TFUE hija intiża sabiex tippermetti lil-leġiżlatur jikkonċentra fuq l-elementi essenzjali ta’ leġiżlazzjoni kif ukoll fuq l-elementi mhux essenzjali li dwarhom iqis li huwa opportun li jilleġiżla filwaqt li jagħti lill-Kummissjoni l-kompitu li tikkompleta ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv adottat jew ulterjorment li tbiddel tali elementi fil-qafas ta’ delega mogħtija lilha. Għalhekk ir-regoli essenzjali fil-qasam ikkonċernat għandhom jiġu deċiżi fil-leġiżlazzjoni bażika u ma jistgħux ikunu suġġetti għal delega. F’dan ir-rigward, l-elementi essenzjali ta’ leġiżlazzjoni bażika huma dawk li l-adozzjoni tagħhom teħtieġ li jsiru għażliet politiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet infushom tal-leġiżlatur tal-Unjoni. L-identifikazzjoni tal-elementi ta’ qasam li għandhom jiġu kklassifikati bħala essenzjali għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi li jistgħu jiġu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju u timponi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-qasam ikkonċernat.

Fir-rigward tad-Direttiva 2010/30, dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija, hemm lok li jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-istruttura ġenerali tagħha, li r-rekwiżit li l-informazzjoni pprovduta lill-knsumaturi għandha tirrifletti l-konsum enerġetiku matul l-użu tal-apparat jikkostitwixxi element esenzjali ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kellha l-obbligu, sabiex ma tmurx kontra element essenzjali tad-Direttiva 2010/30, li tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tar-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30 fir-rigward tat-tikkettjar enerġetiku tal-vacuum cleaners, metodu ta’ kalkolu li jippermetti li titkejjel il-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners f’ċirkustanzi kemm jista’ jkun simili għall-kundizzjonijiet reali ta’ użu, li jirrikjedi li l-kontenitur tal-vacuum cleaner ikun mimli sa ċertu livell, madankollu fid-dawl tal-eżiġenzi marbuta mal-validità xjentifika tar-riżultati miksuba u mal-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi hekk kif jissemmew b’mod partikolari fil-premessa 5 u fl-Artikolu 5(b) ta’ din id-direttiva.

(ara l-punti 58-63, 68)