Language of document :

Rikors imressaq fit-30 ta' Ottubru 2007 - Smadja vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-135/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Daniele Smadja (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li taħtar lir-rikorrent, uffiċjal inizjalment ikklassifikat fil-grad A*15, skala 4, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fil-Grad A*15, skala 1, wara l-ħatra mill-ġdid tiegħu għall-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat RELEX.B, wara l-annullament ta' l-ewwel ħatra tiegħu. Talba għal dannu morali u materjali

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-att ta' ħatra tar-rikorrent tal-21 ta' Diċembru 2006, safejn dan jirrigwarda l-klassifikazzjoni tiegħu bħala Direttur fil-grad A*15, skala 1, u li jiffissa s-senjorità ta' skala tiegħu fl-1 ta' Novembru 2005, wara l-ħatra tiegħu mill-ġdid, fil-15 ta' Novembru 2005, għall-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat RELEX.B "Relazzjonijiet Multilaterali u drittijiet tal-bniedem", ħatra mill-ġdid li saret wara l-annullament ta' l-ewwel ħatra tiegħu għall-istess pożizzjoni permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Settembru 2005, Napoli Buzzanca vs Il-Kummissjoni, T-218/02;

tordna lill-konvenuta tħallas, bħala kumpens għal dannu morali u materjali, u ħsara għall-karriera tar-rikorrent, is-somma ta' EUR 25 000;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

____________