Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Novembru 2010 - Jacques Biwer et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-115/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jacques Biwer (Bascharage, il-Lussemburgu) u oħrajn (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerta għajnuna finanzjarji mogħtija minn Stat Membru lill-istudenti tat-tagħlim superjuri tiġi kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħal allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-iskola mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta' dawn l-istudenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-PMO tal-Lussemburgu, li ma ġietx ikkomunikata lir-rikorrenti, li permezz tagħha ċerta għajnuna finanzjarji mogħtija mill-Istat Lussemburgiż, permezz taċ-CEDIES, lill-istudenti tat-tagħlim superjuri, fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż, tiġi issa kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħall allowances mogħtija abbażi tal-Artikoli 1, 2 u 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, skont l-Artikolu 67(2), li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowances għall-istudji mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta' dawn l-istudenti;

jannulla l-istqarrijiet ta' kull xahar tas-salarju tar-rikorrenti stabbiliti skont id-deċiżjoni msemmija iktar 'il fuq sa minn Jannar 2010 u tax-xhur segwenti u jordna l-ħruġ ta' stqarrijiet ġodda emendati b'effett minn Jannar 2010;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________