Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-35/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba għall-għajnuna mressqa mir-rikorrent meta kien taħt investigazzjoni fuq serq ta’ fondi li kellhom imorru fil-baġit Komunitarju.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-21 ta’ Novembru 2014, riċevuta fit-3 ta’ Diċembru 2014, li ċaħdet l-ilment Nru R/865/14 ippreżentat mir-rikorrent fil-5 ta’ Awwissu 2014;jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 17 242.51, jew somma verjuri;tikkundanna lil Il-Kummissjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 3 000 għall-ispejjeż indiviżibbli kif ukoll għall-ispejjeż kollha, jew somma verjuri.