Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2014 – Van Asbroeck vs Il-Parlament

(Kawża F-102/12) 1

(Servizz pubbliku – Klassifikazzjoni fi grad – Kandidati inklużi fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni għal mogħdija fil-kategorija qabel id-dħul fis-seħħ tar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal 2004 – Allowance kumpensatorja – Deċiżjoni li l-uffiċjali li jibbenefikaw minn din l-allowance kumpensatorja jiġu kklassifikati mill-ġdid)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: M. Van Asbroeck (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u S. Seyr, bħala aġenti, sussegwentement minn V. Montebello-Demogeot u M. Ecker, bħala aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat mill-ġdid fil-grad AST 5, skala 3 b’effett retroattiv.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Parlament Ewropew għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż ta’ M. Van Asbroeck.