Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Straubing (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ġunju 2019 – B & L Elektrogeräte GmbH vs GC

(Kawża C-465/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Straubing

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B & L Elektrogeräte GmbH

Konvenut: GC

Domanda preliminari

Hemm kuntratt konkluż barra l-post tan-negozju fis-sens tal-punt (8)(c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE 1 bil-konsegwenza ta’ dritt ta’ rtirar skont l-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva meta kummerċjant f’fiera, li jkun fi jew quddiem l-istand tal-bejgħ li huwa kkunsidrat bħala post tan-negozju fis-sens tal-Artikolu 2(9) ta’ din id-direttiva, jindirizza konsumatur li qiegħed wieqaf quddiem l-istand tal-bejgħ f’sala ta’ fiera kummerċjali, mingħajr ma jikkomunika mal-kummerċjant u fejn il-kuntratt imbagħad jiġi konkluż fl-istand tal-bejgħ?

____________

1     Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64).