Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2009 - Almeida Campos et vs Il-Kunsill

(Kawża F-14/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Maria Almeida Campos (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għal grad AD 12 fil-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet ta' promozzjoni għal dan il-grad, fir-rigward tal-istess proċedura ta' promozzjoni, tal-uffiċjali li isimhom huwa inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi ppubblikata fil-komunikazzjoni lill-persunal (CP) Nru 72/08 tal-21 ta' April 2008.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AD 12 fil-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijiet ta' promozzjoni għal dan il-grad, fir-rigward tal-istess proċedura ta' promozzjoni, tal-uffiċjali li isimhom huwa inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi ppubblikata fil-komunikazzjoni lill-persunal (CP) Nru 72/08 tal-21 ta' April 2008;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________