Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2014 – Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reġistrazzjoni tal-assenzi minħabba mard – Assenza irregolari – Tnaqqis magħmul mill-Awtorità tal-Ħatra fuq il-leave annwali– Tressiq ta’ talba permezz tal-posta elettronika – Għarfien mill-persuna kkonċernata tal-eżistenza ta’ deċiżjoni – Ommissjoni li wieħed jiftaħ il-posta elettronika u li jinforma ruħu, billi jagħfas fuq il-hyperlink, dwar il-kontenut ta’ din id-deċiżjoni – Ammissibbiltà – Termini – Determinazzjoni tad-data li minnha l-persuna kkonċernata setgħet kellha għarfien tal-kontenut tad-deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-korrezzjoni tar-reġistrazzjonijiet tal-assenzi tiegħu minħabba mard fis-sistema SysPer2.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

____________

1