Language of document :

Appell ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 minn MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-729/15, MSD Animal Health Innovation GmbH and Intervet international BV vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

(Kawża C-178/18 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV (rappreżentanti: P. Bogaert, avukat, B. Kelly, Solicitor, J. Stratford QC, C. Thomas, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell tar-rikorrenti u tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni skont ir-regolament dwar it-trasparenza 1 , ikkomunikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini lir-rikorrenti fit-3 ta’ Diċembru 2015 ; u

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż legali u oħrajn sostnuti mir-rikorrenti fil-kawża odjerna.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata għandha tiġi annullata għas-segwenti raġunijiet:

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi huma protetti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi huma kkostitwiti integralment minn informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali protetta mill-Artikolu 4(2) tar-regolament dwar it-trasparenza;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi għandhom ikunu protetti mill-Artikolu 4(3) tar-regolament dwar it-trasparenza; u

l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ ibbilanċjar kif rikjest mil-liġi.

____________

1  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 3, p. 331).