Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Frar 2008 - Wybranowski vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollak

Partijiet

Rikorrent: Andrzej Wybranowski (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: Z. Wybranowski, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-emenda tad-deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2007 tal-bord ta' l-għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/60/06 li r-rikorrent jingħata 20/50 punti fl-eżami orali u, għalhekk, li ma jiġix inkluż fil-lista ta' riżerva, kif ukoll tad-deċiżjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2007 ta' l-istess bord ta' l-għażla li ma jżidx in-numru ta' punti miksuba, wara verifika ta' l-eżami orali, permezz ta' l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta' riżerva. Fl-alternattiv, l-annullament ta' l-imsemmija deċiżjonijiet u t-talba li l-konvenuta u/jew il-bord ta' l-għażla tal-kompetizzjoni jiġu ordnati jadottaw deċiżjoni ġdida li tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva.

Talbiet tar-rikorrent

jemenda d-deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2007 tal-bord ta' l-għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/60/06 li r-rikorrent jingħata 20/50 punti fl-eżami orali u, għalhekk, li ma jiġix inkluż fil-lista ta' riżerva, kif ukoll id-deċiżjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2007 ta' l-istess bord ta' l-għażla li ma jżidx in-numru ta' punti miksuba, wara verifika ta' l-eżami orali, permezz ta' l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta' riżerva;

fl-alternattiv, jannulla l-imsemmija deċiżjonijiet u jordna lill-konvenuta u/jew lill-bord ta' l-għażla jadottaw deċiżjoni ġdida billi jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________