Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2016 – Verile vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Trasferiment lill-iskema tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fl-iskema nazzjonali – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Rikors – Annullament – Appell – Klassifikazzjoni mill-ġdid tat-talbiet għal annullament tal-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Interpretazzjoni tat-talbiet għal annullament intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz wara t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni – Ċaħda tat-talbiet – Sentenza fl-appell li tikseb l-awtorità ta’ res judicata – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marco Verile (Cadrezzate, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment D. De Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal, S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati, u finalment J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, u finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DĠI (dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni) l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-kawża F-108/12. Verile vs Il-Kummissjoni.

Marco Verile u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 78 tal-18.12.2012, p. 34.