Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Y vs CAK

(Kawża C-636/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Y

Konvenut: CAK

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2011/24/UE 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuni li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 2 li jirċievu fil-pajjiż ta’ residenza benefiċċji in natura pprovduti mill-Pajjiżi l-Baxxi, iżda li ma humiex assigurati fil-Pajjiżi l-Baxxi taħt l-assigurazzjoni għall-mard obbligatorja, jistgħu jinvokaw direttament din id-direttiva sabiex jiksbu r-rimobors tal-ispejjeż tal-kura pprovduta?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv,

Mill-Artikolu 56 TFUE jirriżulta li, f’każ bħal dak preżenti, ir-rifjut ta’ rimbors għall-kura pprovduta fi Stat Membru ieħor għajr il-pajjiż ta’ residenza jew l-Istat tal-pensjoni jikkostitwixxi ostakolu mhux iġġustifikat għall-moviment liberu tas-servizzi?

____________

1     Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU 2011, L 88, p. 45).

2     Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).