Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-2 ta’ Settembru 2019 – JP vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-651/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: JP

Parti oħra fil-proċedura: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domanda preliminari

L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali 1 (riformulazzjoni), li jistipula li l-applikanti għandu jkollhom dritt għal rimedju effettiv kontra d-deċiżjonijiet “dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonaliˮ, u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola ta’ proċedura nazzjonali, bħall-Artikolu 39/57 tal-loi du 15 décembre 1980 sur l’accès au territoire, le séjour, l’établissement et l’éloignement des étrangers (il-Liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 dwar l-Aċċess għat-Territorju, ir-Residenza, l-Istabbiliment u t-Tneħħija tal-Barranin), moqri flimkien mal-Artikolu 51/2, il-ħames punt tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 57/6(3), u l-Artikolu 57/6/2(1) tal-istess liġi, li tistabbilixxi għal għaxar ġranet “tal-kalendarjuˮ sa min-notifika tad-deċiżjoni amministrattiva, it-terminu għat-tressiq ta’ kawża kontra deċiżjoni li tiddikjara inammissibbli applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz, b’mod partikolari meta n-notifika tkun saret lill-Commissariat général aux réfugiés et aux apatrides (l-Uffiċċju tal-Kummissarju Ġenerali għar-Refuġjati u l-Persuni mingħajr Stat) fejn ir-rikorrent huwa “meqjusˮ mil-liġi li għażel id-domiċilju?

____________

1 ĠU 2013, L 180, p. 60.