Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-108/17) 1

(“REACH – Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Bis(2-etileksil) ftalat (DEHP) – Talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq miċħuda bħala infondata – Żball ta’ liġi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Jones, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2016 li permezz tagħha din l-istituzzjoni ċaħdet talba għal eżami mill-ġdid intern tat-2 ta’ Awwissu 2016 imressqa mir-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3549 final tas-16 ta’ Ġunju 2016 li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileksil) ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

ClientEarth hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 121, 18.4.2017.