Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fil-15 ta’ Marzu 2019 – Blackrock Investment Management (UK) Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-231/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Blackrock Investment Management (UK) Limited
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domandi preliminari
Skont interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 , meta tiġi pprovduta provvista unika ta’ servizzi ta’ immaniġġar skont it-tifsira ta’ dan l-artikolu minn fornitur terz lill-maniġer tal-fond u din tintuża min dak il-maniġer tal-fond kemm fl-immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment kif ukoll fl-immaniġġjar ta’ fondi oħra li ma humiex fondi speċjali ta’ investiment:
dik il-provvista unika għandha tkun suġġetta għal rata unikata’ taxxa? Jekk iva, kif għandha tiġi ddeterminata dik ir-rata unika? jew
il-korrispettiv għal dik il-provvista unika għandu jitqassam skont l-użu tas-servizzi ta’ immaniġġjar (pereżempju, b’riferiment għall-ammonti tal-fondi immaniġġjati fil-fondi speċjali ta’ investiment u fil-fondi ta’ investiment mhux speċjali rispettivament) sabiex parti mill-provvista unika titqies bħala eżenti mit-taxxa u parti oħra minnha titqies bħala taxxabbli?
____________
1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).