Language of document : ECLI:EU:C:2019:994


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tal20 ta’ Novembru 2019 – Retail Royalty vs Fashion Energy

(Kawża C-678/19 P)

“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ammissjoni tal-appelli – Artikolu 170b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix l-importanza ta’ kwistjoni għall-unità, il-koerenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”

1.      Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, il-koerenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għall-ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170b)

(ara l-punti 13-16, 24)

2.      Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, il-koerenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Kontrarjetà mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għall-ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170b)

(ara l-punt 17)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 18)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(3))

(ara l-punt 22)

Dispożittiv

1)

L-appell ma huwiex ammess.

2)

Retail Royalty Co. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.