Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fil-5 ta’ Awwissu 2020 – Openbaar Ministerie, Federale Overheidsdienst Financiën vs Profit Europe NV, Gosselin Forwarding Services NV

(Kawża C-362/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie, Federale Overheidsdienst Financiën

Konvenuti: Profit Europe NV, Gosselin Forwarding Services NV

Domanda preliminari

Il-fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali, li joriġinaw miċ-Ċina, huma suġġetti għal dazji antidumping abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1071/2012 tal-14 ta’ Novembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajl[andja] (ĠU 2012, L 318, p. 10) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU 2013, L 129, p. 1), fid-dawl tal-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet, permezz tas-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2018, Profit Europe (C-397/17 u C-398/17, EU:C:2018:564), li l-fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali ma kinux fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, magħmula mill-ħadid fondut malleabbli [u] li l-fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali, kienu jaqgħu taħt subintestatura differenti minn dik tal-fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, magħmula mill-ħadid fondut malleabbli?

____________