Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ Novembru 2019 – Autostrada Torino Ivrea Valle D’Aosta – Ativa S.p.A. vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di bacino del Po

(Kawża C-835/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autostrada Torino Ivrea Valle D’Aosta – Ativa S.p.A.

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Autorità di bacino del Po

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u, b’mod partikolari, il-prinċipji stabbiliti bid-Direttiva 2014/23/UE 1 , b’mod speċifiku l-libertà tal-għażla tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratt, b’osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali, imsemmija fil-premessa 68 u fl-Artikolu 30, fil-kuntest tal-għoti tal-kuntratti, jipprekludi liġi nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 178(8-a) tad-Digriet Leġiżlattiv tat-18 ta’ April 2016, Nru 50, li jipprojbixxi mingħajr kundizzjonijiet lill-amministrazzjonijiet milli jipproċedu bl-għoti tal-kuntratti tal-autostrade li skadew jew li ser jiskadu bl-użu tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 183, li jirregola l-finanzjament tal-proġett?

____________

1 .    Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1, bir-rettifika fil-ĠU L 82, 26.3.2018, p. 17).