Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Marzu 2009 - Ingo Hanschmann vs Europol

(Kawża F-27/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Hanschmann (l-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent li ma kellu ebda possibbiltà li jiġi offrut impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax jipproponilu impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' ilment fis-7 ta' Jannar 2009 li qalet li l-oġġezzjonijiet tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 kienu infondati.

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________