Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fir-rigward tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;

jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikoli 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.