Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fit-23 ta’ April 2020 – BE, DT vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi, Accer Ipurl Suceva – stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, EP

(Kawża C-182/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Suceava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BE, DT

Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi, Accer Ipurl Suceva – stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, EP

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/112/KE 1 , kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT u ta’ ċertezza tat-tassazzjoni, jipprekludu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-operatur ekonomiku, awtomatikament u mingħajr verifiki oħra, ladarba tkun infetħet il-proċedura ta’ falliment, jaġġusta l-VAT, permezz tar-rifjut li titnaqqas il-VAT relatata ma’ tranżazzjonijiet taxxabbli preċedenti għall-proċedura ta’ falliment, u jħallas il-VAT li tista’ titnaqqas? Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, tali dispożizzjoni legali nazzjonali, minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi għall-operatur ekonomiku u n-natura definittiva ta’ tali aġġustament?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).