Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2018 – Ayuntamiento de Pamplona vs Orange España S.A.U.

(Kawża C-764/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ayuntamiento de Pamplona

Konvenuta: Orange España S.A.U.

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) 1 , interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja b’rabta mal-impriżi li joperaw fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet mobbli, u, b’mod speċifiku, il-limitazzjonijiet li l-istess direttiva tikkontempla fl-Artikoli 12 u 13 tagħha għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri, hija applikabbli fil-konfront tal-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ telefonija fissa u ta’ internet?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv (u jiġi ddikjarat l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għall-persuni li jipprovdu servizzi ta’ telefonija fissa u ta’ internet), l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE jippermettu lill-Istati Membri jimponu ħlas jew drittijiet ikkwantifikati esklużivament b’rabta mad-dħul gross miksub annwalment mill-impriża, proprjetarja tar-riżorsi installati, fl-okkażjoni tal-provvista tas-servizz ta’ telefonija fissa u ta’ internet fit-territorju korrispondenti?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.