Language of document :

Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2019 minn Rietze GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-43/18, Rietze GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-599/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Rietze GmbH & Co. KG (rappreżentant: M. Krogmann, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-24 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________