Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2008 - Sevenier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Sevenier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent, minn naħa, għall-irtirar tar-riżenja tiegħu u, min-naħa l-oħra, sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-kummissjoni medika u, għaldaqstant, it-talba għar-reintegrazzjoni tar-rikorrent fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea bil-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera mid-data tar-riżenja tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Settembru 2007, safejn din tiċħad it-talba tar-rikorrent, minn naħa, għall-irtirar tar-riżenja tiegħu tad-19 ta' Ottubru 1983, u, min-naħa l-oħra, sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-kummissjoni medika;

għaldaqstant, tirreintegra lir-rikorrent fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea bil-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera mid-19 ta' Ottubru 1983;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________