Language of document :

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 minn Next design+produktion GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-533/17 – Next design+produktion GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-819/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Next design+produktion GmbH (rappreżentanti: M. Hirsch, Rechtsanwalt, M. Metzner, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG

B’digriet tal-11 ta’ Lulju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________