Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Frar 2011 - Conticchio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rosella Conticchio (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffridda u A. Tortora, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti inkwantu ġie rrikonoxxut lilha dritt għall-pensjoni ta' rtirar fil-grad AST7/1 minflok fil-grad AST7/2.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru R/489/10 maħruġa fit-18 ta' Novembru 2010 u nnotifikata fl-24 ta' Novembru 2010 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-appell;

tawtorizza t-trasferiment tar-rikorrenti minn grad AST7/1 għal AST7/2 b'effett retroattiv;

terga' tiddetermina l-ammont tal-pensjoni tar-rikorrenti, billi żżied l-ammont b'madwar EUR 170 fix-xahar;

tordna lill-korp responsabbli mill-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrenti tirrestitwixxi l-ammont dovut, ikkalkolat mill-1 ta' Ġunju 2010 sad-data tar-riżoluzzjoni finali, flimkien mal-interessi, rivalutazzjoni u drittijiet statutorji oħra;

tqiegħed lill-Kummissjoni Ewropea taħt l-obbligu li tirrestitwixxi lir-rikorrenti l-ammonti, mhux dovuti, li hija ser tkun ħallset sad-data li fiha tingħata d-deċiżjoni tal-kawża preżenti, fir-rigward tal-għoti lura tad-drittijiet għall-pensjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________