Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2019 minn Comprojecto-Projetos e Construções, Lda et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-768/17, Comprojecto-Projetos e Construções, Lda et vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża C-251/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Comprojecto-Projetos e Construções, Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo, Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (rappreżentant: M. Ribeiro, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell ammissibbli u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu;

bis-saħħa tal-Artikolu 61 tal-Istaut tal-Qorti tal-Ġustizzja, tannulla d-deċiżjoni u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, filwaqt li tikkwantifika l-ispejjeż kif meħtieġ, skont l-Artikolu 138 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

____________