Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Marzu 2019 – Constantin Film Verleih GmbH vs YouTube LLC, Google Inc.

(Kawża C-264/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Constantin Film Verleih GmbH

Konvenuti: YouTube LLC, Google Inc.

Domandi preliminari

L-indirizzi tal-produtturi, manifatturi, distributuri, fornituri u detenturi preċedenti oħra ta’ oġġetti jew ta’ servizzi kif ukoll il-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut destinatarji msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48/KE 1 li huma inklużi, skont il-każ, fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tal-istess direttiva, jinkludu wkoll:

l-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti tas-servizzi u/jew

in-numri tat-telefon tal-utenti tas-servizzi u/jew

l-indirizzi IP użati mill-utenti ta’ servizzi sabiex jittellgħu fajls kontrafatti, kif ukoll il-mument preċiż ta’ dan it-tlugħ ta’ fajls?

Fil-każ li l-punt (c) tal-ewwel domanda jingħata risposta fl-affermattiv:

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/49 tinkludi wkoll l-indirizz IP li l-utent li jkun preċedentement tella’ fajls kontrafatti uża l-iktar reċentement sabiex jikseb aċċess għall-kont ta’ utent tiegħu fuq Google/YouTube, kif ukoll il-mument preċiż ta’ dan l-aċċess, irrispettivament jekk kienx hemm jew le ksur ta’ drittijiet [ta’ proprjetà intellettwali] fil-kuntest ta’ dan l-iktar aċċess reċenti?

____________

1     Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).