Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fl-20 ta’ Marzu 2019 – QL S.A. w B. vs C.G.

(Kawża C-252/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: QL S.A. w B.

Konvenut: C.G.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 1 u b’mod partikolari l-Artikolu 3(g) u l-Artikolu 22(1) tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni, fl-ordinament [ġuridiku] nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-“ispejjeż massimi tal-kreditu esklużi l-interessi” u tal-mudell matematiku ta’ kalkolu tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż, previsti fil-punt 6-a tal-Artikolu 5 moqri flimkien mal-Artikolu 36-a tal-ustawa z 12 maja 2011 r. o kredycie konsumenckim (il-Liġi tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kreditu fuq il-konsum, test ikkonsolidat, Dz. U. tal-2018, intestatura 993), fejn dawn il-mekkaniżmi ġuridiċi jippermettu li jiġi inkluż ukoll, fl-ispejjeż relatati mal-kuntratt ta’ kreditu sostnuti mill-konsumatur (ammont totali tal-kreditu), l-ispejjeż tal-attività ekonomika eżerċitata mill-impriża?

____________

1 ĠU 2008, L 133, p. 66 u r-Rettifiki.