Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Jannar 2020 – Staatssecretaris van Financiën vs Jumbocarry Trading GmbH

(Kawża C-39/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiz

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Jumbocarry Trading GmbH

Domandi preliminari

L-Artikolu 103(3)(b) u l-Artikolu 124(1)(a) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 huma applikabbli għal dejn doganali inkors qabel l-1 ta’ Mejju 2016 u fejn it-terminu ta’ preskrizzjoni tiegħu ma kienx għadu skada f’dik id-data?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jew il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludi din l-applikazzjoni?

____________

1 Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2).