Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-24 ta’ Settembru 2019 – Novo Banco S.A. vs Junta de Andalucía

(Kawża C-712/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novo Banco S.A.

Konvenuta: Junta de Andalucía

Domandi preliminari

L-Artikoli 49, 56 u 63 TFUE, li jiggarantixxu, rispettivament, il-libertà ta’ stabbiliment, il-libera li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, b’mod partikolari, sistema ta’ tnaqqis bħal dik prevista mill-IDECA fil-punti 2 u 3 tal-Artikolu 6(7) tal-Ley andaluza 11/2010, de 3 de diciembre, de medidas fiscales para la reducción del déficit público y para la sostenibilidad (il-Liġi ta’ Andalucía 11/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 dwar il-miżuri fiskali għat-tnaqqis tal-iżbilanċ pubbliku u għas-sostenibbiltà)?

IT-TAXXA FUQ ID-DEPOŻITI TAL-KLIJENTI FL-ISTABBILIMENTI TA’ KREDITU TA’ ANDALUCíA (IDECA) għandha tiġi kklassifikata bħala taxxa indiretta, minkejja n-natura diretta attribwita lilha mill-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu 6 tal-Liġi ta’ Andalucía 11/2010 u, f’tali każ, l-eżistenza u l-ġbir tagħha huma kompatibbli mal-VAT, fid-dawl ta’ dak li huwa previst fl-Artikoli 401 u 135(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT? 1

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).