Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008
Beatriz Acosta Iborra et vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2006 - Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Beatriz Acosta Iborra (Alkmaar, l-Olanda) u disa' uffiċjali oħra tal-Kummissjoni (rappreżentanti: irrappreżentati inizjalment minn N. Lhoëst, sussegwentement minn N. Lhoëst u S. Fernández Menéndez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, agenti)
Parti intervenjenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce u M. Simm, agenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li, fin-nuqqas ta' prova tal-kapaċità tagħhom li jaħdmu bi tliet lingwi, ir-rikorrenti ma jiġux promossi abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2006.
Dispożittiv
Id-deċiżjonijiet li Acosta Iborra u d-disa' uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li isimhom jidher anness ma' din is-sentenza ma jiġux promossi abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2006, huma annullati.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
____________1 - ĠU C 283, 24.11.07, p. 44.