Language of document :

Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 minn Kurt Hesse mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fl-4 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawżi magħquda T-910/16 u T-911/16 – Kurt Hesse u Wedl & Hofmann GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-426/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Kurt Hesse (rappreżentant: M. Krogmann, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Wedl & Hofmann GmbH, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (l-Awla għall-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat l-appellant għall-ispejjeż tiegħu stess.

____________