Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – Ursa Major Services B.V. vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-814/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ursa Major Services B.V.

Konvenuti: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Domandi preliminari

L-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006 1 huwa applikabbli għar-relazzjoni ta’ bejn il-fornitur ta’ sussidju, fil-każ odjern, il-Ministru, u l-benefiċjarju (il-benefiċjarju tas-sussidju)?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006 huwa applikabbli għar-relazzjoni bejn il-fornitur ta’ sussidju u l-benefiċċjarju: spejjeż li tħallsu minn terz (bħala kumpens jew le) jistgħu jitqiesu bħala spejjeż li effettivament tħallsu mill-benefiċċjarju, fis-sens tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006?

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija li spejjeż li tħallsu minn terz (bħala kumpens jew le) ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż li effettivament tħallsu mill-benefiċjarju, fis-sens tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006:

a.    prassi ta’ implimentazzjoni li fiha l-fornitur ta’ sussidju b’mod sistematiku qies kontribuzzjonijiet minn terzi bħala spejjeż li effettivament tħallsu mill-benefiċjarju, fis-sens tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006, timplika li ma setax jiġi mistenni mill-benefiċjarju li huwa jiskorpi din l-interpetazzjoni żbaljata tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006 mogħtija mill-fornitur ta’ sussidju, b’tali mod li l-benefiċjarju jkun intitolat għas-sussidju kif ingħata lilu, u

b.    il-kontribuzzjonijiet ta’ terzi għandhom jiġu inklużi fost l-ispejjeż li effettivament tħallsu mill-benefiċjarju, fis-sens tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006 (f’liema każ is-sussidju huwa ffissat f’ammont superjuri) jew

c.    hemm lok għal rinunzja, abbażi tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u/jew tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għall-irkupru tas-sussidju mogħti b’mod żbaljat?

d.    il-ħlas minn qabel mogħti fuq is-sussidju, bħal f’dan il-każ, għandu effett f’dan ir-rigward?

____________

1     Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU 2006 L 223, p. 1).