Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2013 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-12/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-allegazzjoni ta’ fastidju tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2012, li tiċħad l-ilment lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fastidju u l-Prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol u kkonkludiet li ma kenitx mogħtija fastidju mill-ex kap tal-unità tagħha;jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2012 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.