Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 –
Rodrigues Regalo Corrêa vs Il-Parlament
(Kawża F-114/11) 1
(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra – Rikors manifestament infondat)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: João Manuel Rodrigues Regalo Corrêa (Kehlen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u V. Montebello-Demogeot, aġenti)
Suġġett
Servizz Pubbliku - Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament sabiex ċerta għajnuna finanzjarja minn Stat Membru lill-istudenti tal-edukazzjoni ogħla titqies bħala allowance tal-istess natura bħall-allowances tal-familja u sabiex din l għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-iskola edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni sabiex jiġi rkuprat il-ħlas mhux dovut.
Dispożittiv
Ir-rikors ta’ João J. Manuel M. Rodrigues Regalo Corrêa huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
J. M. João Manuel Rodrigues Regalo Corrêa għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess u jiġi kkundannat għa, ll-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
____________1 ĠU C 6, 07./01/.12, p. 28.