Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 – Trapeza Peiraios
(Kawża C-105/19) (1)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Setgħet u obbligi tal-qorti nazzjonali – Proċedura għal ordni ta’ ħlas – Aċċettazzoni tal-oppożizzjoni għal ordni – Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u regolatorju tal-kawża prinċipali kif ukoll fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domanda preliminari – Inammissibbiltà manifesta ”
1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi ġenerali jew ipotetiċi – Inammissibbiltà manifesta
(Artikolu 267 TFUE)
(ara l-punti 9, 10)
2. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv –Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari
(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)
(ara l-punti 11-15)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Serron (Qorti tal-Ewwel Istanza b’Imħallef Uniku ta’ Serres, Il-Greċja), b’deċiżjoni tal-11 ta’ Jannar 2019, hija manifestament inammissibbli.