Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Protodikeio Patron - il-Greċja) - XT vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-689/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxi interni – Projbizzjoni ta’ taxxi diskriminatorji – Taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu– Vetturi – Eżenzjoni mit-taxxa fid-data tal-ewwel dħul fis-servizz fl-Istat Membru tat-tassazzjoni – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data ta’ meta l-vettura tidħol l-ewwel darba fis-servizz fi Stat Membru ieħor)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Patron

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XT

Konvenuta: Elliniko Dimosio

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-regolament ta’ Stat Membru, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema sid jew possessur ta’ karozza b’ċilindrata kbira għall-użu privat li l-età tagħha, ikkalkulata mid-data tal-ewwel dħul fis-servizz f'dan l-Istat Membru, hija iktar minn għaxar snin, hija eżenti mit-taxxa fuq oġġetti ta’ lussu, mingħajr ma jitqies kwalunkwe dħul fis-servizz preċedenti fi Stat Membru ieħor.

____________

1     ĠU C 25, 21.01.2019.