Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Lulju 2019 – Banco de Portugal, Fondo de Resolución u Novo Banco S.A. vs VR

(Kawża C-504/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco de Portugal, Fondo de Resolución u Novo Banco, S.A.

Konvenut: VR

Domanda preliminari

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24/KE 1 li tippreżumi r-rikonoxximent ta’ effetti, fil-proċeduri ġudizzjarji pendenti fi Stati Membri oħra, mingħajr formalitajiet oħra, ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat ta’ oriġini intiża li temenda, b’effett retroattiv, il-kuntest ġuridiku eżistenti meta tressqu l-proċeduri u li timplika li s-sentenzi ġudizzjarji li jmorru kontra dak previst f’din id-deċiżjoni l-ġdida jsiru ineffettivi, hija kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, mal-prinċipju tal-Istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali?

____________

1 Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15).