Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Grayston, G. Pandey, M. Gambardella, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/205/10.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2012 tal-Bord tal-Għażla tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (iktar ’il quddiem l-“EPSO”), innotifikata fil-kont EPSO, li tikkonferma li isem ir-rikorrent mhux ser jiġi inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni (kompetizzjoni EPSO/AD/205/10 (Taxxi/Dwana), li kienet ir-risposta għat-“talba għal eżami mill-ġdid tat-testijiet ta’ raġunament”, imressqa mir-rikorrent;

jannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Diċembru 2011 tal-Bord tal-Għażla u tal-EPSO, innotifikata fil-kont EPSO, li tinnotifika lir-rikorrent li ismu ma kienx inkluż fil-“lista ta’ riżerva” (database tal-kandidati li għaddew) għaliex huwa ma kienx kiseb il-marka meħtieġa biex jikkwalifika għat-testijiet ta’ raġunament verbali;jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-EPSO u tal-Bord tal-Għażla, li qatt ma ntbagħtet lir-rikorrent, li ma jingħatax id-dokumenti li huwa talab permezz tal-ittra tal-31 ta’ Diċembru 2011 (talba ta’ aċċess); jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ EPSO ta’ ċaħda tal-ilment ippreżentat mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;jannulla l-Avviż ta’ Kompetizzjoni EPSO/AD/205/10 (Taxxi/Dwana), ippubblikat fil-ĠU 292 A/1, tat-28 ta’ Ottubru 2010;jannulla totalment il-“lista ta’ riżerva

tal-kompetizzjoni EPSO/AD/205/10 (Taxxi/Dwana)” ippubblikata fil-ĠU 22 A/1 tas-27 ta’ Jannar 2012;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrent.