Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2019 – JPMorgan Chase et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-1/19 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Settur tad-derivattivi tar-rata tal-interessi fil-munita euro – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni 2011/695/UE – Ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali tad-deċiżjoni – Informazzjoni allegatament kunfidenzjali – Pubblikazzjoni – Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza – Fumus boni juris”
1. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Osservanza tas-sigriet professjonali – Interess ta’ impriża li ma tiġix żvelata ċerta informazzjoni dwar l-aġir tagħha – Interess li ma jimmerita ebda protezzjoni partikolari fir-rigward ta’ impriżi li huma s-suġġett ta’ konstatazzjoni ta’ ksur fid-dispożittiv ta’ deċiżjoni li ġiet indirizzata lilhom
(ara l-punti 23 sa 25)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Evalwazzjoni fil-kontenzjuż tal-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali – Il-kundizzjoni relatata mal-fumus boni juris mhux issodisfatta
(278 TFUE u 279 TFUE)
(ara l-punti 32 sa 36)
Dispożittiv
2) | | JPMorgan Chase & Co., JPMorgan Chase Bank, National Association u J.P. Morgan Services LLP huma kkundannati għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura tal-appell kif ukoll tal-proċedura għal miżuri provviżorji fil-Kawża C-1/19 P(R)-R. |