Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kamenz (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2018 – MC vs ND

(Kawża C-827/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Kamenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MC

Konvenut: ND

Domanda preliminari

Il-pretensjoni inkwistjoni ta’ ammont prinċipali ta’ EUR 535, ibbażata fuq kuntratt ta’ bejgħ notarili tal-10 ta’ Frar 2016 fir-rigward tax-xiri ta’ appartament f’kondominju li jinsab fi Großröhrsdorf, fil-ġurisdizzjoni tal-Amtsgericht Kamenz (il-Qorti tad-Distrett ta’ Kamenz), li tirriżulta b’mod konkret mit-trasferiment tal-pussess u tat-tgawdija ta’ dan l-appartament f’kondominju lir-rikorrent fl-1 ta’ April 2016, konformement mal-Artikolu 6 tal-imsemmi kuntratt, u li tikkonsisti fil-ħlas ta’ kera li l-kerrej tal-imsemmi appartament f’kondominju kien xorta ħallas lill-konvenut, f’din id-data, għandha tintalab permezz ta’ rikors fil-qasam tad-drittijiet in rem u ta’ kera ta’ immobbli, fis-sens tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano 1 , jew il-kompetenza internazzjonali ta’ qorti Ġermaniża għandha tiġi dedotta minn dispożizzjoni oħra tal-Konvenzjoni ta’ Lugano, jew hija stabbilita l-kompetenza internazzjonali tal-qorti Svizzera tad-domiċilju tal-konvenut (dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano)?

____________

1     Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali tat-30 ta’ Ottubru 2007 (“Konvenzjoni Lugano II”), ĠU 2009, L 147, p. 5.